Recyclable material gives a unique new look to the eCabs office
Ir-re-dekorazzjoni ta’ kamra żgħira fil-qalba ta’ Paceville ġiet rikonoxxuta mill-Kamra tal-Periti kemm minħabba l-materjal li ntuża kif ukoll għaliex l-istil tagħha fis-sempliċità tiegħu, qies ukoll il-karateristiċi ta’ din il-lokalità.
Din il-kamra ċkejkna fil-qalba ta’ Paceville għalkemm sempliċi fl-istil tagħha, ġiet rikonoxxuta mill-Kamra tal-Periti bħala proġett li fih tħaddmu sew il-prattiċi emerġenti.
Il-Periti Sandro u Peter Valentino użaw ħafna materjal riċiklabbli biex taw dehra sabiħa lill-post li jservi ta’ uffiċċju fejn wieħed jista’ jibbukkja servizz ta’ trasport ma’ kumpanija lokali.