Improvements on most of the eCabs main routes.

Klijent tal-kumpanija ECABS li nhar it-Tnejn li għadda qabad taxi minn Tas-Sliema għall-ajruport fis-sebgħa ta’ filgħodu dam biex wasal 21 minuta. Klijent ieħor li s-sena li għaddiet qabad l-istess rotta fl-istess ħin dam tliet minuti iktar.

Differenza ferm ikbar kienet innotata fuq rotot oħra. Filwaqt li klijent li minn Ħal Balzan għal Tas-Sliema s-sena li għaddiet dam 37 minuta, klijent li għamel vjaġġ simili nhar it-Tnejn li għadda dam 13–il minuta. Differenza sostanzjali ta’ 24 minuta.

U din mhix eċċezzjoni ta’ darba. Għax l-analiżi li għandna f’idejna użajnieha biex qabbilna ġranet oħra. Klijent li nhar l-Erbgħa 21 ta’ Novembru dam 23 minuta biex wasal minn San Ġiljan għall-ajruport, kien idum 34 minuta kieku għamel il-vjaġġ nhar l-Erbgħa 22 ta’ Novembru 2017.

Read More